Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

18.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-House of Lords (Ir-Renju Unit) fis-6 ta’ Frar 2009 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs Loyalty Management UK Limited

(Kawża C-53/09)

2009/C 90/20

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

House of Lords

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Konvenuta: Loyalty Management UK Limited

Domandi preliminari

Fiċ-ċirkustanzi fejn persuna taxxabbli (iktar ’il quddiem il-“Promotur”) teżerċità attività kummerċjali fejn tamministra skema ta’ premji għal lealtà għal diversi klijenti partecipanti (iktar ’il quddiem l-“Iskema”), li permezz tiegħu il-Promotur jidħol f’diversi ftehim kif ġej:

i)

Ftehim ma’ diversi kumpanniji msejħa “Sponsers” li jipprovdu li l-isponsers jagħtu “Punti” lill-klijenti tal-Isponsers (iktar ’il quddiem il-“Kolletturi”) li jixtru oġġetti jew servizzi mill-Isponsers u l-Isponsers jagħmlu ħlasijiet lill-Promotur;

ii)

Ftehim mal-kolletturi li jinkludu dispożizzjonijiet li, meta jixtru oġġetti u/jew servizzi mill-Isponsers, huma jirċievu Punti li jistgħu jsarrfu għal oġġetti u/jew servizzi; u

iii)

Ftehim ma’ diversi kumpanniji (imsejħa “Fornituri”) li jipprovdu li l-Fornituri jaċċettaw, fost l-oħrajn, li jipprovdu oġġetti u/jew servizzi lil Kolletturi għal prezz li huwa inqas milli kieku jkun pagabbli jew għal ebda ħlas meta l-Kollettur isarraf il-Punti u min-naħa tiegħu il-Promotur iħallas “Ħlas għas-Servizz” li huwa kkalkulat skont in-numru ta’ Punti li jistgħu jissarrfu ma’ dak il-Fornitur matul il-perijodu rilevanti.

1)

Kif għandhom jiġu interpretati l-Artikoli 14, 24 u 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) tat-28 ta’ Novembru 2006 (li qabel kienu l-Artikoli 5, 6 u 11(A)(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 (2)) fil-każ fejn il-ħlasijiet isiru mill-Promotur lill-Fornituri?

2)

B’mod partikolari, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati bħala li l-ħlasijiet bħal dawk li jsiru mill-Promotur lill-Fornituri għandhom jiġu kkunsidrati bħala:

(a)

korrisspettiv biss għall-provvista ta’ servizzi mill-Fornituri lill-Promotur; jew

(b)

korrispettiv biss għall-provvista ta’ oġġetti u/jew servizzi mill-Fornituri lill-Kolletturi; jew

(ċ)

korrispettiv parzjalment għall-provvista ta’ servizzi mill-Fornituri lill-Promotur jew parzjalment għall-provvista ta’ oġġetti u/jew servizzi mill-Fornituri lill-Kolletturi?

3)

Jekk ir-risposta għad-domanda 2 hija (ċ), u għalhekk il-Ħlas għas-Servizz inkwistjoni għal żewġ provvisti mill-Fornituri, waħda lill-Promotur u waħda lill-Kolletturi, liema huma l-kriterji stabbiliti mid-dritt Komunitarju sabiex jiġi stabbilit kif ħlas bħal Ħlas għas-Servizz għandu jitqassam bejn dawn iż-żewġ provvisti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistemi komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)

(2)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1)