Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhofs (Il-Ġermanja) fil-11 ta’ Frar 2009 — Leo-Libera GmbH vs Finanzamt Buchholz in der Nordheide

(Kawża C-58/09)

2009/C 113/39

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Leo-Libera GmbH

Konvenut: Finanzamt Buchholz in der Nordheide

Domanda preliminari

L-Artikolu 135(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jista’ jkollhom fis-seħħ leġiżlazzjoni li teżenta mit-taxxa ċerti mħatri (tat-tiġrijiet) u lotteriji biss filwaqt li l-“forom oħrajn ta’ logħob ta’ l-ażżard” kollha huma esklużi mill-eżenzjoni mit-taxxa?


(1)  ĠU L 347, p. 1