Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (L-Awstrija) fis-17 ta’ Frar 2009 – Alexander Hengartner u Rudolf Gasser

(Kawża C-70/09)

2009/C 102/17

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alexander Hengartner u Rudolf Gasser

Konvenut: Vorarlberger Landesregierung

Domandi preliminari

1)

Fil-każ fejn kaċċatur ibigħ fit-territorju nazzjonali s-selvaġġina li huwa jkun ikkaċċja, l-eżerċizzju tal-kaċċa jikkostitwixxi attività ta’ persuna li taħdem għal rasha fis-sens tal-Artikolu 43 KE, anki jekk din l-attività, b’mod ġenerali, ma tkunx intiża li tħalli profitt?