Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

1.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 102/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-18 ta’ Frar 2009 – Établissements Rimbaud SA vs Directeur général des impôts, Directeur des services fiscaux d’Aix-en-Provence

(Kawża C-72/09)

2009/C 102/18

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Établissements Rimbaud SA

Konvenuti: Directeur général des impôts, Directeur des services fiscaux d’Aix-en-Provence

Domanda preliminari

L-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik li tirriżulta mill-Artikoli 990 D et seq. tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa, fil-verżjoni tagħhom applikabbli dak iż-żmien, li teżenta mit-taxxa ta’ 3 % fuq il-valur fis-suq tal-proprjetà immobbli li tinsab fi Franza lill-kumpanniji li għandhom is-sede ta’ tmexxija effettiva tagħhom fi Franza u li, fir-rigward ta’ kumpannija li m’għandhiex is-sede ta’ tmexxija effettiva tagħha f’pajjiż fiż-Żona Ekonomika Ewropea, mhux membru tal-Unjoni Ewropea, tagħmel dik l-eżenzjoni suġġetta jew għal konvenzjoni dwar għajnuna amministrattiva, iffirmata bejn Franza u dan l-Istat bil-għan li jiġu miġġielda l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, jew għaċ-ċirkustanza li, b’applikazzjoni ta’ trattat li jinkludi klawżola ta’ non-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, dawn il-persuni ġuridiċi m’għandhomx ikunu suġġetti għal taxxa akbar minn dik li għaliha huma suġġetti l-kumpanniji stabbiliti fi Franza?