Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

6.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/3


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2009 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Olanda

(Kawża C-79/09)

2009/C 129/05

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou u W. Roels, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Olanda

Talbiet

tiddeċiedi li, billi jagħti eżenzjoni tal-VAT favur l-Ewroreġjuni għall-provvista ta’ persunal fis-setturi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u dak soċjo-kulturali, sabiex tiġi promossa l-mobilità tax-xogħol, ir-Renju tal-Olanda naqas mill-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2(1)(ċ), 13, 24(1) u 132 tad-Direttiva tal-VAT (1).

tikkundanna lir-Renju tal-Olanda għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-provvista ta’ persunal fis-setturi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u dak soċjo-kulturali għandha tkun is-suġġett ta’ impożizzjoni b’mod konformi mal-Artikoli 2, 9 u 24 tad-Direttiva tal-VAT u li la l-eżenzjonijiet tal-Artikolu 132(1)(b), (ċ), (g) u (i) u lanqas dawk tal-Artikolu 132(1)(n) ma huma applikabbli għal dan il-provvediment ta’ servizz.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p.11).