16.5.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 113/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-2 ta’ Marzu 2009 — Graphic Procédé vs Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique
(Kawża C-88/09)
2009/C 113/44
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d'État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Graphic Procédé
Konvenut: Ministère du budget, des comptes publics et de la fonction publique
Domanda preliminari
Liema huma l-kriterji li għandhom jiġu applikati sabiex jiġi ddeterminat jekk il-reprografija hija provvista ta’ oġġetti jew servizzi (fis-sens tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima) (1)?
(1) ĠU L 145, p. 1.