Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

6.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 129/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (Ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Marzu 2009 — The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Weald Leasing Limited

(Kawża C-103/09)

2009/C 129/13

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Konvenuta: Weald Leasing Limited

Domandi preliminari

1)

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, fejn kummerċjant fil-parti l-kbira eżenti jadotta struttura ta’ kiri ta’ attivi li tinvolvi parti terza intermedjarja, minflok ma jixtri direttament l-attivi, l-istruttura ta’ kiri ta’ attivi jew kwalunkwe parti minnha tagħti lok għal vantaġġ fiskali li jmur kontra l-għan tas-Sitt Direttiva (1) fis-sens tal-punt 74 tas-sentenza tal-21 ta’ Frar, Halifax et, C-255/02 (iktar ‘il quddiem is-“sentenza Halifax”)?

2)

Fid-dawl tal-fatt li s-Sitt Direttiva VAT tikkunsidra l-kiri tal-attivi minn kummerċjanti eżenti jew parzjalment eżenti, tar-riferiment tal-Qorti tal-Ġustizzja għal “tranżazzjonijiet kummerċjali normali” fil-punti 69 u 80 tas-sentenza Halifax u fil-punt 27 tas-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2008, Ampliscientifica, C-162/07 u tan-nuqqas ta’ tali riferiment fis-sentenza tal-21 ta’ Frar 2008, Part Service, C-425/06, tkun prattika abbużiva għal kummerċjant eżenti jew parzjalment eżenti li jagħmel dan anki jekk, fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet kummerċjali normali tiegħu, dan ma jwettaqx tranżazzjonijiet ta’ kiri?

3)

Fil-każ li tingħata risposta pożittiva għad-domanda 2

(a)

x’inhi r-rilevanza tal-kunċett “tranżazzjonijiet kummerċjali normali” fil-kuntest tal-punti 74 u 75 tas-sentenza Halifax: dan il-kunċett huwa rilevanti għall-punt 74 jew għall-punt 75 jew għat-tnejn;

(b)

ir-riferiment għal “tranżazzjonijiet kummerċjali normali” jirreferi għal:

(1)

tranżazzjonijiet li l-persuna taxxabbli inkwistjoni ġeneralment twettaq;

(2)

tranżazzjonijiet li żewġ partijiet jew iktar iwettqu fil-kundizzjonijiet normali tas-suq;

(3)

tranżazzjonijiet li huma kummerċjalment vijabbli;

(4)

tranżazzjonijiet li joħolqu piż u riskji kummerċjali ġeneralment assoċjati mal-benefiċċji kummerċjali relatati;

(5)

tranżazzjonijiet li mhumiex artifiċjali inkwantu għandhom portata kummerċjali;

(6)

kwalunkwe tip jew kategorija oħra ta’ tranżazzjonijiet?

4)

Jekk jiġi deċiż li l-istruttura ta’ kiri ta’ attivi jew kwaunkwe parti minnha tikkostitwixxi prattika abbużiva, x’inhi d-definizzjoni mill-ġdid adattata? B’mod partikolari, il-qorti nazzjonali jew l-awtorità tat-taxxa għandha:

a)

tinjora l-eżistenza ta’ parti terza intermedjarja u tordna li l-VAT għandha titħallas fuq il-valur ta’ suq miftuħ tal-kiri;

b)

tiddefinixxi mill-ġdid l-istruttura ta’ kiri bħala xiri dirett; jew

c)

tiddefinixxi mill-ġdid t-tranżazzjonijiet fi kwlaunkwe mod li l-qorti nazzjonali jew l-awtorità tat-taxxa jikkunsidraw bħala mod adattat sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid s-sitwazzjoni li kienet tinħoloq fin-nuqqas tat-tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu l-prattika abbużiva?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1)