Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

7.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2009 — Proċeduri kriminali kontra R

(Kawża C-285/09)

2009/C 267/55

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Parti fil-kawża prinċipali

R

Domanda preliminari

1)

L-Artikolu 28ċ(A)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-“VAT”) għandha tiġi rrifjutata fir-rigward ta’ kunsinna ta’ merkanzija fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni li huwa stabbilit li seħħet iżda li fir-rigward tagħha huwa stabbilit ukoll, fid-dawl ta’ provi oġġettivi, li l-bejjiegħ suġġett għat-taxxa

a)

kien jaf li permezz tal-kunsinna kien qiegħed jipparteċipa f’operazzjoni involuta fi frodi tal-VAT jew

b)

ħa miżuri sabiex jaħbi l-identità tal-vera persuna li qed takkwista sabiex din tal-aħħar, jew terza persuna, tkun tista’ twettaq frodi tal-VAT?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1)