Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (Ir-Repubblika Ungeriża) fl-14 ta’ Settembru 2009 — Pannon Gép Centrum Kft. vs APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály Dél-dunántúli Kihelyezett Hatósági Osztály

(Kawża C-368/09)

2010/C 11/22

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Baranya Megyei Bíróság.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pannon Gép Centrum Kft.

Konvenut: APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály, Dél-dunántúli Kihelyezett Hatósági Osztály

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1)(16) tal-liġi nazzjonali dwar il-VAT (Liġi Nru LXXIV tal-1992) li kienu japplikaw fiż-żmien meta nħarġet l-irċevuta inkwistjoni u tal-Artikolu 1/E(1) tad-Digriet Nru 24 tal-1995 (XI. 22.) tal-Ministru tal-Finanzi, b’mod partikolari fid-dawl tal-Artikolu 13(1)(16)(f) tal-Liġi dwar il-VAT, huma kompatibbli mal-karatteristiċi u mal-kunċett ta’ rċevuta stabbiliti fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/115 (1) li temenda d-Direttiva 77/388/KEE (2) bil-għan li tissimplifika, timmodernizza u tqabbel il-kondizzjonijiet stabbiliti biex tinħareġ il-fattura rigward it-taxxa fuq il-valur miżjud?

Jekk ir-risposta għal din id-domanda tkun fl-affermattiv:

(2)

Il-prassi ta’ Stat Membru li jippenalizza d-difetti formali ta’ rċevuta li fuqha hija bbażata talba għal tnaqqis billi jirrifjuta li jirrikonoxxi d-dritt għal tnaqqis tmur kontra l-Artikoli 17(1), 18(1)(a) u 22(3)(a) u (b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill?

(3)

Huwa biżżejjed, sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għal tnaqqis, li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikolu 22(3)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, jew inkella, sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għal tnaqqis, u sabiex irċevuta tiġi aċċetta bħala dokument kredibbli, għandhom jiġu osservati r-rekwiżiti u l-obbligi kollha pprovduti fid-Direttiva 2001/115?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, li temenda d-Direttiva 77/388/KEE bil-għan li tissimplifika, timmodernizza u tqabbel il-kondizzjonijiet stabbiliti biex tinħareġ il-fattura rigward it-taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2002, L 15, p. 24).

(2)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1).