Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

19.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Paris (Franza) fid-29 ta’ Settembru 2009 — Prunus SARL vs Directeur des services fiscaux

(Kawża C-384/09)

2009/C 312/27

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prunus SARL

Konvenut: Directeur des services fiscaux

Domandi preliminari

(1)

L-Artikoli 56 et seq tat-Trattat KE jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik prevista mill-Artikoli 990 D et seq tal-Code général des impôts, li tagħti lill-persuni ġuridiċi li għandhom iċ-ċentru tat-tmexxija effettiv tagħhom fi Franza jew, mill-1 ta’ Jannar 2008, fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, id-dritt li jibbenefikaw mill-eżenzjoni tat-taxxa kkontestata u li tissuġġetta dan id-dritt, f’dak li jikkonċerna l-persuni ġuridiċi li għandhom iċ-ċentru tat-tmexxija effettiv tagħhom fit-territorju ta’ Stat terz, għall-eżistenza ta’ konvenzjoni dwar għajnuna amministrattiva, iffirmata bejn Franza u dan l-Istat bil-għan li jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni fiskali, jew għall-fatt li, skont trattat li fih klawżola ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, dawn il-persuni ġuridiċi m’għandhomx ikunu ntaxxati iktar minn persuni ġuridiċi li għandhom iċ-ċentru tat-tmexxija effettiv tagħhom fi Franza?

(2)

L-Artikoli 56 et seq tat-Trattat KE jipprekludu leġiżlazzjoni bħal dik prevista mill-Artikolu 990 F tal-Code général des impôts li tippermetti lid-dipartiment fiskali sabiex iżomm responsabbli in solidum għall-ħlas tat-taxxa taħt l-Artikoli 990 D et seq tal-Code général des impôts kull persuna ġuridika mqiegħda bejn id-debitur jew id-debituri tat-taxxa u l-proprjetà immobbli jew id-drittijiet fuq proprjetà immobbli?