Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

16.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 11/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Baranya Megyei Bíróság (l-Ungerija) fil-5 ta’ Ottubru 2009 — Uszodaépítő Kft. vs APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály

(Kawża C-392/09)

2010/C 11/23

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Baranya Megyei Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Uszodaépítő Kft.

Konvenut: APEH Központi Hivatal Hatósági Főosztály

Domandi preliminari

(1)

Hija kompatibbli mal-Artikoli 17 u 20 tas-Sitt Direttiva (1), dispożizzjoni ta’ liġi ta’ Stat Membru, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, wara li nħoloq id-dritt għal tnaqqis, u li, għall-finijiet tat-tnaqqis ta’ VAT imħallsa u ddikjarata fir-rigward ta’ provvisti ta’ oġġetti jew servizzi magħmula matul is-sena finanzjarja 2007, tirrikjedi bidla fil-kontenut tal-fatturi u l-preżentata ta’ dikjarazzjoni addizzjonali?

(2)

Hija kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju, u, b’mod partikolari, hija oġġettivament iġġustifikata, raġonevoli, proporzjonata u konsistenti mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-miżura stipulata fl-Artikolu 269(1) tal-liġi ġdida dwar il-VAT, li skontha, jekk ir-rekwiżiti previsti f’dan l-artikolu jkunu sodisfatti, id-drittijiet u l-obbligi għandhom jiġu evalwati u applikati skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi l-ġdida, anki meta dawn inħolqu qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, fit-terminu ta’ preskrizzjoni?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU L 145, p. 1.)