Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fid-9 ta’ Novembru 2009 — Bogusław Juliusz Dankowski vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-438/09)

2010/C 37/02

Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bogusław Juliusz Dankowski

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

Domandi preliminari

(1)

Ir-regoli tas-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(6) tas-Sitt Direttiva VAT (Direttiva 77/388/KEE) (1), jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha persuna taxxabbli ma tibbenefikax mid-dritt li tnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa li tirriżulta minn fattura tal-VAT maħruġa minn operatur li mhuwiex irreġistrat fir-reġistru tal-persuni suġġetti għat-taxxa fuq prodotti u servizzi?

(2)

Huwa ta’ rilevanza sabiex tingħata risposta għall-ewwel domanda li:

(a)

ma jkun hemm ebda dubju li l-operazzjonijiet indikati fuq il-fattura tal-VAT huma suġġetti għall-VAT u li effettivament twettqu;

(b)

il-fattura tinkludi l-informazzjoni kollha mitluba mid-dritt Komunitarju;

(c)

ir-restrizzjoni li għaliha huwa suġġett id-dritt tal-persuna taxxabbli li tnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa li tirriżulta minn fattura maħruġa minn operatur li mhuwiex irreġistrat kienet applikabbli fis-sistema legali nazzjonali qabel id-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja fil-Komunità?

(3)

Ir-risposta għall-ewwel domanda hija suġġetta għall-fatt li jiġu sodisfatti kundizzjonijiet addizzjonali (pereżempju, il-prova li l-persuna taxxabbli aġixxiet in bona fide)?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).