Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2011 – Il-Kummissjoni vs L-Awstrija

(Kawża C-441/09)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa – Annimali ħajjin normalment intiżi għall-użu fil-preparazzjoni tal-ikel għall-konsum mill-bniedem u mill-annimali – Provvista, importazzjoni u akkwist ta’ ċerti annimali ħajjin, b’mod partikolari żwiemel”

Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-liġijiet - Taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikoli 96 u 98 u Anness III) (ara l-punti 40, 43 sa 50)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 96 u 98, moqrija flimkien mal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) - Rata mnaqqsa - Provvista, importazzjoni u akkwist ta’ ċerti annimali ħajjin (b’mod partikolari żwiemel) li ma humiex intiżi għall-preparazzjoni jew għall-produzzjoni tal-ikel għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali.

Dispożittiv

1)

Bl-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq il-provvisti, l-importazzjonijiet u l-akkwisti intra-Komunitarji kollha ta’ żwiemel, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 u 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal Anness III ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.