Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Gent (il-Belġju) fit-30 ta’ Novembru 2009 — Vandoorne NV vs Belgische Staat

(Kawża C-489/09)

2010/C 37/23

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Gent (il-Belġju)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vandoorne NV

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

Il-leġiżlazzjoni Belġjana, b’mod partikolari, l-Artikolu 58(1), flimkien mal-Artikolu 77(1)(7) tal-Kodiċi tat-VAT, hija leġiżlazzjojni konformi mal-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), li jippermetti lill-Istati Membri li jaddottaw miżuri ta’ simplifikazzjoni, u/jew mal-Artikolu 11C(1) ta’ din l-istess Direttiva, li jagħti d-dritt għal rifużjoni tal-VAT fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali, sa fejn din (1) tintroduċi simplifikazzjoni tal-ġbir tal-VAT għall-kunsinna ta’ prodotti tat-tabakk billi timponi ġbir wieħed f’ras il-għajn, u (2) ma tagħti l-ebda dritt lill-persuni taxxabbli, li ħallsu l-VAT fuq dawn il-prodotti tat-tabakk fl-istadji intermedjarji, għar-rifużjoni tal-VAT minħabba t-telf totali jew parzjali tal-prezz?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23 - 62).