Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

13.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/21


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2009 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-493/09)

2010/C 37/25

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Afonso, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li, billi ntaxxat id-dividendi riċevuti minn fondi tal-pensjoni mhux residenti b’rata ogħla mir-rata fuq id-dividendi riċevuti minn fondi tal-pensjoni residenti fil-Portugall, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Estatuto dos Benefícios Fiscais (Liġi tal-Benefiċċji tat-Taxxa) u tal-Código do Imposto sobre o Rendimento das Pessoas Colectivas (Kodiċi tat-Taxxa tad-Dħul tal-Kumpanniji), id-dividendi mħallsa lil fondi ta’ pensjoni kkostitwiti u li joperaw skont il-liġi Portugiża huma totalment eżentati mit-taxxa fuq il-kumpanniji, filwaqt li d-dividendi mħallsa lil fondi ta’ pensjoni mhux residenti huma suġġetti għall-imsemmija taxxa li tista’ tvarja bejn 20 % u 10 %, skont l-eżistenza u d-dispożizzjonijiet ta’ ftehim bilaterali eventwali bejn il-Portugall u l-Istat ta’ residenza. Din it-taxxa fuq il-kumpanniji tinġabar permezz ta’ tnaqqis f’ras il-għajn ta’ natura definittiva.

Id-differenza fit-trattament li ssir mil-leġiżlazzjoni tat-taxxa Portugiża bi preġudizzju għall-fondi ta’ pensjoni mhux residenti twassal sabiex l-investiment ta’ dawn il-fondi f’kumpanniji Portugiżi jirriżulta inqas vantaġġuża u attraenti. Din is-sistema fiskali tikkostitwixxi restrizzjoni pprojbita mill-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim taż-ŻEE.

It-trattament diskriminatorju tal-fondi ta’ pensjoni mhux residenti, li għandhom konsegwenzi negattivi fuq il-kompetittività tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni Ewropea u fuq id-dħul minn investimenti mill-fondi ta’ pensjoni ma jista’ jiġi ġġustifikat minn ebda wieħed mill-motivi mressqa mir-Repubblika Portugiża.