Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

13.3.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 63/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2009 — Finanzamt Burdorf vs Manfred Bog

(Kawża C-497/09)

2010/C 63/34

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Burdorf

Konvenut: Manfred Bog

Domandi preliminari

(1)

Il-bejgħ ta’ ikel jew platti msajra għall-konsum immedjat jikkostitwixxi provvista ta’ oġġetti fis-sens tal-Artikolu 5 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388KEE (1) fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ?

(2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tippendendi fuq jekk humiex ipprovduti elementi addizzjonali ta’ servizz (il-provvista, għall-użu, ta’ faċilitajiet oħra għall-konsum fuq il-post)?

(3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, it-terminu “affarijiet tal-ikel” fil-Kategorija 1 tal-Anness H tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri biss ikel għat-“take away” meta huwa normalment mibjugħ fi ħwienet tal-merċa, jew huwa jkopri wkoll ikel jew pjatti li tħejjew billi ġew mgħollija, mixwija, il-forn jew b’xi mod ieħor għall-konsum immedjat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23