Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Jannar 2010 — Minerva Kulturreisen GmbH vs Finanzamt Freital

(Kawża C-31/10)

2010/C 100/27

Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minerva Kulturreisen GmbH

Konvenut: Finanzamt Freital

Domandi preliminari

L-“iskema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar” prevista fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 77/388/KEE (1) tgħodd ukoll għall-bejgħ separat ta’ biljetti għall-opra minn aġenzija tal-ivvjaġġar, mingħajr il-provvista ta’ servizzi supplimentari?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9 Vol. 1 p. 23).