Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2010 — Finanzamt Essen-NordOst vs GFKL Financial Services AG

(Kawża C-93/10)

2010/C 134/27

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Essen-NordOst

Konvenuta: GFKL Financial Services AG

Domandi preliminari

(1)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-punt 1 tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (77/388/KEE) (1):

Fil-każ ta’ bejgħ (xiri) ta’ dejn dubjuż li jwassal sabiex tittieħed responsabbiltà għall-irkupru u għar-riskju ta’ falliment mix-xerrej, dan tal-aħħar għandu jiġi kkunsidrat bħala li qed jagħmel provvista bi ħlas u li qed iwettaq attività ekonomika anki meta l-prezz tax-xiri huwa bbażat

mhux fuq il-bażi tal-valur nominali tad-dejn, wara tnaqqis ta’ somma ffissata bi ftehim sabiex tkopri t-teħid ta’ responsabbiltà għall-irkupru u għar-riskju ta’ falliment, iżda

fuq il-bażi tar-riskju ta’ falliment stmat għal kull dejn u meta l-irkupru għandu biss importanza subordinata meta mqabbel mat-tnaqqis magħmul taħt ir-riskju ta' falliment?

(2)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 13B(d)(2) u (3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (77/388/KEE), fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

(a)

It-teħid ta’ responsabbiltà għar-riskju ta’ falliment mix-xerrej fil-każ ta’ akkwist ta’ dejn dubjuż bi prezz ferm inqas mill-valur nominali tiegħu huwa eżenti billi jikkostitwixxi sigurtà jew garanzija oħra?

(b)

Jekk it-teħid ta’ responsabbiltà għar-riskju huwa eżenti: L-irkupru tad-dejn huwa eżenti bħala parti minn servizz wieħed jew bħala provvista anċillari jew huwa intaxxat bħala provvista separata?

(3)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 11A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (77/388/KEE), fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u jekk ma hemmx provvista eżentata: Il-kunsiderazzjoni għal servizz taxxabbli għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-ispejjeż ta’ rkupru li fil-fatt intefqu jew fuq il-bażi tal-istima li ġiet magħmula mill-partijiet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Volum 1, p. 23