Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussell (il-Belġju) fit-22 ta’ Frar 2010 — Frans Bosschaert vs Belgische Staat, Slachthuizen Georges Goossens en Zonen NV u Slachthuizen Goossens NV

(Kawża C-96/10)

2010/C 113/44

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Frans Bosschaert

Konvenuti: Belgische Staat, Slachthuizen Georges Goossens en Zonen NV u Slachthuizen Goossens NV

Domandi preliminari

(1)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil qorti nazzjonali milli tapplika terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin previst fis-sistema legali nazzjonali għall-dejn dovut mill-Istat, fir-rigward ta’ azzjonijiet għall-irkupru tat-taxxi li tħallsu lil Stat Membru skont sistema mħallta ta’ għajnuna u ta’ taxxi u li mhux biss irriżulta li kienet parzjalment illegali, iżda wkoll parzjalment inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, u li tħallsu qabel id-dħul fis-seħħ tas-sistema ġdida ta’ għajnuna u ta’ kontribuzzjonijiet obbligatorji li jissostitwixxu l-ewwel sistema u li permezz tad-deċiżjoni finali tagħha, il-Kummissjoni ddikjaratha kompatibbli mad-dritt Komunitarju, iżda mhux sa fejn dawn il-kontribuzzjonijiet huma imposti retroattivament għal perijodu qabel id-data ta’ din id-deċiżjoni?

(2)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi li, meta Stat Membru jimponi taxxi fuq individwu li, min-naħa tiegħu, għandu jgħaddi dawn it-taxxi lil individwi oħra li magħhom jeżerċita attività kummerċjali f’settur fejn l-Istat Membru impona sistema mħallta ta’ għajuna u ta’ taxxi, iżda li din is-sistema sussegwentement irriżultat mhux biss parzjalment illegali iżda wkoll parzjalment inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, dawn l-individwi jkunu, skont dispożizzjonijiet nazzjonali, suġġetti għal terminu ta’ preskrizzjoni iqsar għal dak li jikkonċerna l-irkupru, fir-rigward tal-Istat Membru, ta’ kontribuzzjonijiet li jmorru kontra d-dritt Komunitarju, filwaqt li għandhom terminu ta’ preskrizzjoni itwal għall-irkupru tal-istess kontribuzzjonijiet fir-rigward ta’ individwu li jintervjeni bħala intermedjarju, bir-riżultat li dan l-intermedjarju eventwalment isib ruħu f’sitwazzjoni fejn azzjoni mibdija kontrih ma tkunx preskritta, bil-kontra ta’ dik mibdija kontra l-Istat Membru u li għaldaqstant dan l-intermedjarju jista’ jkollu azzjoni mibdija kontrih minn operaturi oħra u li, skont il-każ, ikollu jsejjaħ lill-Istat Membru bħala garanti, iżda ma jistax jirkupra fil-konfront ta’ dan l-Istat Membru l-imposti li hu stess ħallas direttament lil dan tal-aħħar?

(3)

Id-dritt Komunitarju jipprekludi lil Stat Membru milli jkun jista’ jinvoka, b’suċċess, termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali li huma partikolarment favorih meta mqabbla mad-dritt komuni nazzjonali sabiex jiddefendi ruħu, fil-proċeduri mressqa kontrih minn individwu, bl-għan li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet li dan tal-aħħar għandu taħt it-Trattat KE, bħal fil-każ deskritt mill-qorti nazzjonali, fejn dawn it-termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali partikolarment favorevoli għandhom il-konsegwenza li jirrendu impossibbli l-irkupru ta’ taxxi li tħallsu lill-Istat Membru skont sistema mħallta ta’ għajnuna u taxxi li mhux biss irriżultat parzjalment illegali iżda wkoll parzjalment inkompatibbli mad-dritt Komunitarju, u li l-inkompatibblità tiegħu mad-dritt Komunitarju ġiet ikkonstatata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej biss wara l-iskadenza ta’ dawn it-termini ta’ preskrizzjoni nazzjonali partikolarment favorevoli, anki jekk l-illegalità kienet teżisti preċedentement?