22.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Leuven (il-Belġju) fil-15 ta’ Marzu 2010 — 1. Olivier Paul Louis Halley, 2. Julie Jacqueline Marthe Marie Halley u 3. Marie Joëlle Armel Halley vs Belgische Staat (l-Istat tal-Belġju)
(Kawża C-132/10)
2010/C 134/41
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Leuven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Olivier Paul Louis Halley, Julie Jacqueline Marthe Marie Halley, u Marie Joëlle Armel Halley
Konvenut: Belgische Staat (l-Istat tal-Belġju)
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-punt 2 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 137 tal-Kodiċi tat-Taxxa tas-Suċċessjoni, moqrija flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 111 ta’ dan l-istess kodiċi huma kompatibbli mal-Artikoli 26, 49, 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li t-terminu ta’ preskrizzjoni tat-taxxa tas-suċċessjoni dovuta fuq l-azzjonijiet irreġistrati huwa ta’ sentejn meta l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija jinsab fil-Belġju, filwaqt li dan l-istess terminu ta’ preskrizzjoni huwa ta’ għaxar snin meta l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija ma jinsabx fil-Belġju?