Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

3.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 179/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fid-9 ta’ April 2010 — Jarosław Słaby vs Minister Finansów

(Kawża C-180/10)

2010/C 179/28

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jarosław Słaby

Konvenut: Minister Finansów

Domandi preliminari

Persuna fiżika li tkun wettqet attività agrikola fuq art u li mbagħad, minħabba fi bdil fil-pjanijiet ta’ żvilupp tat-territorju li huma indipendenti mir-rieda tagħha, temmet din l-attività, ikklassifikat mill-ġdid il-patrimonju tagħha bħala patrimonju privat, qasmet (f’artijiet intiżi għall-kostruzzjoni ta’ akkomodazzjoni għall-vakanzi) u ntrabtet li tbiegħhom, hija, minħabba f’hekk, persuna taxxabbli għall-VAT skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/CE (1) u l-Artikolu 4(1) u (2) tas-Sitt Direttiva 77/388/CEE (2), u għalhekk għandha tħallas VAT għall-attività kummerċjali tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).

(2)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)