14.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 221/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg fis-6 ta’ Mejju 2010 — ADV Allround Vermittlungs AG in Liquidation vs Finanzamt Hamburg-Bergedorf
(Kawża C-218/10)
()
2010/C 221/25
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ADV Allround Vermittlungs AG in Liquidation
Konvenut: Finanzamt Hamburg-Bergedorf
Domandi preliminari
(1) |
Is-sitt inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 77/388”), [li sar l-Artikolu 56(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsifll 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112”], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “forniment ta’ persunal” jinkludi wkoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persunal indipendenti, li mhuwiex impjegat mill-imprenditur fornitur? |
(2) |
L-Artikolu 17(1), (2)(a) u (3)(a) u l-Artikolu 18(1)(a) tad-Direttiva 77/388 [li saru l-Artikoli 167, 168(a), 169(a) u 178(a) tad-Direttiva 2006/112] għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandhom jiġu adottati miżuri fid-dritt proċedurali nazzjonali sabiex in-natura taxxabbli tal-istess provvista u t-taxxa dovuta fuqha jkunu evalwati bl-istess mod fir-rigward tal-imprenditur fornitur u l-imprenditur benefiċjarju, anki meta ż-żewġ imprendituri jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ amministrazzjonijiet fiskali diffferenti? Fil-każ biss fejn tingħata risposta affermattiva għat-tieni domanda: |
3) |
L-Artikolu 17(1), (2)(a) u (3)(a) u l-Artikolu 18(1)(a) tad-Direttiva 77/388 [li saru l-Artikoli 167, 168(a), 169(a) u 178(a) tad-Direttiva 2006/112] għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminu li fih il-benefiċjarju tal-provvista jista’ jitlob ir-rifużjoni tat-taxxa tal-input imħallsa ma għandux jiskadi qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni fir-rigward tal-imprenditur fornitur dwar in-natura ta’ tassazzjoni u t-taxxa dovuta? |