Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Mons (il-Belġju) fit-13 ta’ Settembru 2010 — L-Istat Belġjan — SPF Finances vs BLM SA

(Kawża C-436/10)

()

2010/C 328/22

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat Belġjan — SPF Finances

Konvenuta: BLM SA

Domanda preliminari

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tittratta bħala provvista ta’ servizzi eżenti mit-taxxa, bħala kiri jew lokazzjoni ta’ beni immobbli fis-sens ta’ dan l-Artikolu 13B(b), l-użu għall-bżonnijiet privati ta’ diriġent u tal-familja tiegħu ta’ parti minn bini mibni jew miżmum taħt dritt reali għal proprjetà immobbli mill-persuna ġuridika taxxabbli, meta dan il-beni ta’ investiment ta lok għad-dritt ta’ tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.