Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’Appel de Mons (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2010 — L-Istat Belġjan vs Pierre Henfling, Raphaël Davin, Koenraad Tanghe (fil-kapaċità tagħom ta’ kuraturi ta’ falliment ta’ Tiercé Franco-Belge SA)

(Kawża C-464/10)

()

2010/C 346/49

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’Appel de Mons.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat Belġjan

Konvenuti: Pierre Henfling, Raphaël Davin, Koenraad Tanghe (fil-kapaċità tagħom ta’ kuraturi ta’ falliment ta’ Tiercé Franco-Belge SA).

Domandi preliminari

L-Artikoli 6(4) u 13B(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-għoti ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq is-servizzi pprovduti minn aġent li jaġixxi f’ismu stess iżda għan-nom ta’ mandant li jorganizza provvisti tas-servizzi previsti fl-Artikolu 13B(f) iċċitat iktar ’il fuq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.