Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ottubru 2010 — Finanzamt Hildesheim vs BLC Baumarkt GmbH & Co. KG

(Kawża C-511/10)

()

2011/C 30/25

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Hildesheim

Konvenuta: BLC Baumarkt GmbH & Co. KG

Domanda preliminari

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri jippreskrivu b’mod prinċipali kriterju ta’ determinazzjoni ta’ proporzjon li huwa differenti minn dak ibbażat fuq in-natura tat-tranżazzjoni għad-determinazzjoni tal-proporzjon tat-taxxa input fuq il-kostruzzjoni ta’ bini ta’ użu mħallat?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).