Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Novembru 2010 — Lebara Ltd vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs

(Kawża C-520/10)

()

2011/C 30/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Lebara Ltd

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

(1)

Meta persuna taxxabbli (il-“Kummerċjant A”) tbiegħ skedi tat-telefon li jirrappreżentaw id-dritt li jiġu rċevuti servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet mingħand din il-persuna, l-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummerċjant A jagħmel żewġ provvisti għall-finijiet tal-VAT: waħda fil-mument tal-bejgħ inizjali tal-iskeda tat-telefon minn Kummerċjant A lil persuna taxxabbli oħra (il-“Kummerċjant B”) u l-oħra fil-mument tal-użu tal-iskeda (jiġifieri l-użu tagħha minn persuna — “l-utent finali” — sabiex isiru t-telefonati)?

(2)

Jekk dan huwa il-każ, kif għandha tiġi applikata (skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni) l-VAT fil-katina ekonomika li tikkonsisti fil-bejgħ, mill-Kummerċjant A, tal-iskeda tat-telefon lil Kummerċjant B, fejn il-Kummerċjant B jerġa’ jbiegħ l-iskeda tat-telefon fl-Istat Membru B u, fl-aħħar nett, din tinxtara mill-utent finali fi Stat Membru B, li juża l-iskeda tat-telefon sabiex jagħmel telefonati?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).