Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

5.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Diċembru 2010 — Staatssecretaris van Financïen vs L.A.C. van Putten

(Kawża C-578/10)

2011/C 72/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financïen

Konvenut: L.A.C. van Putten.

Domanda preliminari

Fid-dawl tal-Artikolu 18 KE (li sar l-Artikolu 21 TFUE), hija sitwazzjoni rregolata mid-dritt Komunitarju dik fejn Stat Membru jissuġġetta l-ewwel użu ta’ vettura fuq in-netwerk tat-toroq tat-territorju tiegħu għal taxxa, f’każ fejn din il-vettura hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor, din il-vettura tissellef lil persuna residenti f’dan l-Istat Membru l-ieħor, u resident tal-ewwel Stat Membru jiċċirkola fuq it-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru bil-vettura inkwistjoni?