Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2011 – Debiasi vs Agenzia delle Entrate, Ufficio di Parma

(Kawża C-613/10)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà manifesta”

Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv - Inammissibbiltà manifesta (Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 19-32 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Commissione tributaria provinciale di Parma - Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Strutturi sanitarji pubbliċi jew privati li jeżerċitaw attività eżentata - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq ix-xiri ta’ oġġetti jew servizzi użati fl-imsemmija attivitajiet eżentati

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2010, hija manifestament inammissibbli.