Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/10


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-65/11)

2011/C 130/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Nijenhuis u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jogħġobha:

tikkonstata li, billi ma kkonsultax il-Kumitat tal-VAT u billi awtorizza li persuni mhux taxxabbli jaderixxu ma’ unità fiskali, kif jirriżulta mid-deċiżjoni Nru VB91/347, tat-18 ta’ Frar 1991, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud;

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE jipprovdi li “persuna taxxabbli” għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikunu l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività. L-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-VAT jipprovdi li wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv tat-taxxa fuq il-valur miżjud (“Kumitat tal-VAT”), kull Stat Membru jista’ jikkunsidra bħala persuna taxxabbli waħedha kwalunkwe persuni stabbiliti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x’jaqsmu mill-qrib ma’ xulxin b’rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.

Skont il-Kummissjoni, il-Pajjiżi Baxxi naqsu milli jwetttqu l-obbligi tagħhom taħt l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva 2006/112/KE billi awtorizzaw li persuni mhux taxxabbli jaderixxu ma’ unità fiskali. Minbarra dan, billi ma kkonsultawx il-Kumitat tal-VAT, il-Pajjiżi l-Baxxi ma osservawx l-Artikolu 11tad-Direttiva VAT.


(1)  ĠU L 347, p. 1