Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/11


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-95/11)

2011/C 186/18

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, aġent, u H. Peytz, avukat)

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ppermetta lil persuni mhux taxxabbli jassoċjaw ruħhom ma’ grupp tal-VAT, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1);

tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Għall-finijiet ta’ semplifikazzjoni amministrattiva u ta’ prevenzjoni ta’ ċerti forom ta’ abbużi, id-Direttiva 2006/112 tippermetti lill-Istati Membri li jqisu lil diversi persuni taxxabbli bħala persuna taxxabbli waħda. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-imsemmija direttiva ma tippermettix lill-persuni taxxabbli jassoċjaw ruħhom ma’ tali gruppi tal-VAT u li għalhekk ikunu suġġetti għad-drittijiet u l-obbligi li għandhom persuni taxxabbli. Għaldaqstant, il-liġi Daniża li tippermetti lill-persuni mhux taxxabbli li jassoċjaw ruħhom ma’ grupp tal-VAT, ma hijiex konformi mal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU L 347, p. 1.