Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

28.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 160/11


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-109/11)

2011/C 160/11

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Walterová u D. Triantafyllou, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi awtorizzat lill-persuni li ma humiex persuni taxxabbli jsiru membri ta’ grupp tal-VAT, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 9 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1);

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, “persuna taxxabbli” għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività. L-Artikolu 11 tad-Direttiva dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud jipprevedi li, wara konsultazzjoni mal-kumitat konsultattiv tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-“Kumitat tal-VAT”, kull Stat Membru jista’ jikkunsidra bħala persuna taxxabbli waħedha kwalunkwe persuni stabbiliti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x’jaqsmu mill-qrib ma’ xulxin b’rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.

Skont il-Kummissjoni, billi aċċettat li persuni li ma humiex persuni taxxabbli jistgħu jsiru membri ta’ grupp tal-VAT skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112/KE, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 9 u 11 ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU L 347, p. 1.