Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ April 2011 — Finanzamt Steglitz vs Ines Zimmermann

(Kawża C-174/11)

2011/C 226/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof (il-Ġermanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Finanzamt Steglitz

Konvenuta: Ines Zimmermann

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 13A(1)(g) u/jew (2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (1), jippermetti lil-leġiżlatur nazzjonali jissuġġetta l-eżenzjoni ta’ servizzi ta’ kura ambulatorja pprovduta lil persuni morda jew li jeħtieġu tali kura għall-fatt li, fil-każ ta’ organizzazzjonijiet li jipprovdu tali servizzi, “l-ispejjeż mediċi u farmaċewtiċi ġew sostnuti kollha jew parzjalment matul is-sena preċedenti, minn tal-inqas f’żewġ terzi tal-każijiet, minn korpi legali ta’ assigurazzjoni soċjali jew ta’ għajnuna soċjali” (Artikolu 4(16)(e) tal-Umsatzsteuergesetz 1993 — Liġi tal-1993 dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ)?

(2)

Fir-rigward tal-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud, huwa rilevanti, għar-risposta ta’ din id-domanda, li l-leġiżlatur nazzjonali jeżenta l-istess servizzi taħt kundizzjonijiet oħra meta dawn jiġu pprovduti, minn assoċjazzjonijiet ta’ welfare volontarji li huma uffiċjalment rikonoxxuti u minn persuni ġuridiċi, assoċjazzjonijiet ta’ persuni u patrimonji li għandhom għan ta’ welfare volontarju u li huma affiljati bħala membri ta’ assoċjazzjoni ta’ welfare (Artikolu 4(18) tal-Umsatzsteuergesetz 1993)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1. p. 23.