Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

16.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (il-Belġju) fid-9 ta’ Mejju 2011 — L-Istat Belġjan vs Maison Patrice Alard sprl

(Kawża C-211/11)

2011/C 211/29

Lingwa tal-kawża: il-Franciż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: L-Istat Belġjan

Konvenuta: Maison Patrice Alard sprl

Domandi preliminari

(1)

L-inċiż (a) tas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13B(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill Nru 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu milli jiġi meqjus bħala provvista ta’ servizzi eżenti, fejn ikun hemm kiri ta’ beni immobbli fis-sens tal-Artikolu 13B(b), l-użu, għall-bżonnijiet privati tad-diretturi, amministraturi jew soċji u tal-familja tagħhom ta’ kumpannija suġġetta għat-taxxa li għandha personalità ġuridika, ta’ beni immobbli jew parti minnha u li tagħmel parti mill-proprjetà ta’ din il-kumpannija u li għalhekk hija kollha kemm hi għall-użu tal-impriża tagħha, fil-każ fejn ebda kera pagabbli fi flus ma hi stipulata inkambju għal dan l-użu iżda fejn din tirriżulta f’benefiċċju in natura taxxabbli bħala tali fil-kuntest tat-taxxa fuq id-dħul li għaliha huma suġġetti d-diretturi, fejn minħabba dan il-fatt, mill-perspettiva fiskali dan l-użu huwa kkunsidrat bħala l-korrispettiv ta’ parti mill-provvista ta’ xogħol imwettaq mid-diretturi, amministraturi jew soċji?

(2)

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-imsemmija eżenzjoni tapplika fl-imsemmija ipoteżi meta l-kumpannija ma tipprovax l-eżistenza ta’ rabta neċessarja bejn l-operat tal-impriża u t-tqegħid ta’ beni immobbli jew parti minnha għad-dispożizzjoni tad-diretturi, amministraturi jew soċji u, f’dan il-każ, l-eżistenza ta’ rabta indiretta hija biżżejjed?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23