Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/4


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-236/11)

2011/C 238/06

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Soulay u D. Recchia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstatata li, meta applikat l-iskema speċjali maħsuba għall-aġenziji tal-ivvjaġġar anki meta s-servizz tal-ivvjaġġar inbigħ lil persuna li ma hijiex il-vjaġġatur, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KEE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-applikazzjoni li saret mir-Repubblika Taljana tal-iskema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar, peress li ma hijiex limitata għas-servizzi pprovduti għall-vjaġġaturi, kif stabbilit mid-direttiva, iżda testendi wkoll għat-tranżazzjonijiet magħmula bejn l-aġenziji tal-ivvjaġġar, tikser id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni dwar il-VAT.


(1)  ĠU L 347, p. 1