Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

30.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės (Il-Litwanja) fl-20 ta’ Mejju 2011 — Lietuvos geležinkeliai AB vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-250/11)

2011/C 226/27

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lietuvos geležinkeliai AB

Konvenut: Vilniaus teritorinė muitinė, Muitinės departamentas prie Lietuvos respublikos finansų ministerijos

Domandi preliminari

(1)

L-eżenzjoni minn dazji fuq l-importazzjoni stipulata fl-Artikolu 107(2)(a) tar-Regolament Nru 918/83 (1) u fl-Artikolu 112(1)(a) tar-Regolament Nru 1186/2009 (2) għandha tiġi interpretata bħala li tapplika għal vetturi bil-mutur li huma lokomotivi?

(2)

L-eżenzjoni mill-VAT stipulata fl-Artikolu 82(1)(a) tad-Direttiva 83/181/KEE (3) u fl-Artikolu 84(1)(a) tad-Direttiva 2009/132/KEE (4) għandha tiġi interpretata bħala li tapplika għall-vetturi bil-mutur li huma lokomotivi?

(3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, dawn ir-regoli, kif stipulati fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 82(1)(a) tad-Direttiva 83/181/KEE u tal-Artikolu 84(1)(a) tad-Direttiva 2009/132/KEE, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprojbixxu lil Stat Membru li jillimita l-każijiet ta’ eżenzjoni mill-VAT għall-importazzjoni tal-karburant, billi jistipula li din l-eżenzjoni tapplika biss għall-karburant impurtat fit-territorju tal-Unjoni Ewropea fit-tankijiet normali tal-vetturi awtomobilistiċi u meħtieġ għall-operazzjoni ta’ dawn il-vetturi?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 419.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009, tas-16 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali, ĠU L 324, p. 23.

(3)  Direttiva tal-Kunsill [83/181/KEE], tat-28 ta’ Marzu 1983, li tiddetermina l-iskop tal-Artikolu 14(1)(d) tad-Direttiva 77/388/KEE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 91.

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE, tad-19 ta’ Ottubru 2009, li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c) tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni finali ta’ ċerti oġġetti, ĠU L 292, p. 5.