Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

13.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel București (ir-Rumanija) fis-26 ta’ Mejju 2011 — SC Gran Via Moinești srl vs Agenția Naționala de Administrare Fiscala (ANAF), Administrația Finanțelor Publice București

(Kawża C-257/11)

2011/C 238/08

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București (Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Gran Via Moinești srl.

Konvenuti: Agenția Naționala de Administrare Fiscala (ANAF, Aġenzija Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Fiskali) u Administrația Finanțelor Publice București (Amministrazzjoni tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Bukarest).

Domandi preliminari

(1)

Ix-xiri, minn kumpannija kummerċjali suġġetta għall-VAT, ta’ bini bl-intenzjoni li jitwaqqa’ flimkien mal-art fejn hu mibni, sabiex l-imsemmija art titqassam fi plotts, jista’ jirrappreżenta attività preparatorja, jiġifieri spiża ta’ investiment għall-bini ta’ kumpless residenzjali, b’mod li tagħti d-dritt għat-tnaqqis tal-VAT relatata max-xiri ta’ dan il-bini, fid-dawl tal-Artikoli 167 u 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

(2)

It-twaqqigħ tal-bini intiż għat-twaqqigħ, mixtri flimkien mal-art li huwa mibni fuqha, sabiex jinbena kumpless residenzjali fuq l-imsemmija art, huwa suġġett għall-aġġustament tal-VAT relatata max-xiri ta’ dan il-bini, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)