Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/19


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-296/11)

2011/C 252/36

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Soulay u L. Lozano Palacios, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi applikat is-sistema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar għal servizzi mogħtija lil persuni minbarra l-vjaġġatur (b’mod partikolari lil aġenziji oħra tal-ivvjaġġar), ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1);

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqajjem motiv uniku insostenn tar-rikors tagħha bbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tas-sistema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar għal servizzi mogħtija lil persuni minbarra l-vjaġġatur. F’dan ir-rigward, hija tosserva li din is-sistema hija applikabbli biss meta s-servizz ta’ vjaġġar jinbiegħ lill-vjaġġatur. Min-naħa l-oħra, ma huwiex applikabbli għas-servizzi pprovduti mill-aġenziji tal-ivvjaġġar lil aġenziji tal-ivvjaġġar oħra jew lil organizzaturi ta’ ġiti turistiċi. Fid-dawl tar-redazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi ġenerali tat-taxxi li jirreferu għall-kelma “klijent” pjuttost milli għall-kelma “vjaġġatur”, il-konvenuta tuża approċċ ibbażat fuq il-“klijent” u b’hekk tapplika s-sistema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar b’mod estensiv.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tiċħad l-argument difiż mill-awtoritajiet Franċiżi li jgħid li l-leġiżlazzjoni Franċiża tippermetti li jintlaħqu aħjar l-għanijiet tas-sistema partikolari, jiġifieri s-semplifikazzjoni tal-formalitajiet amministrattivi tal-aġenziji tal-ivvjaġġar u l-allokazzjoni tad-dħul ta’ VAT lill-Istat Membru li fih seħħ il-konsum finali ta’ kull servizz individwali.


(1)  ĠU L 347, p. 1.