Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjizi l-Baxxi) fil-15 ta’ Ġunju 2011 — Staatssecretaris van Financiën vs Gemeente Vlaardingen

(Kawża C-299/11)

2011/C 269/48

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën

Konvenuta: Gemeente Vlaardingen

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(7)(a), tas-Sitt Direttiva (1), moqri flimkien mal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 11A(1)(b) tas-Sitt Direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta persuna taxxabbli tuża proprjetà immobbli għal finijiet ta’ tranżazzjonijiet eżenti, Stat Membru jista’ jimponi VAT f’każ fejn:

din il-proprjetà immobbli tikkonsisti fi struttura (bini) magħmula minn terza persuna bi ħlas f’isem il-persuna taxxabbli fuq art li tappartjeni esklużivament lilha, u fejn

il-persuna taxxabbli preċedentement użat l-art li qabel kienet użata għall-(istess) finijiet kummerċjali tagħha, u li l-persuna taxxabbli ma kinitx preċedentement ibbenefikat minn tnaqqis tal-VAT għall-istess art,

bir-riżultat li (il-valur ta’ dik) l-istess art jittieħed inkunsiderazzjoni fil-ġbir tal-VAT?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9 Vol. 1 p. 23).