Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

27.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/23


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-309/11)

2011/C 252/43

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Koskinen u L. Lozano Palacios)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Finlandja

Talbiet

Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li, billi applikat is-sistema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar stabbilita fl-Artikolu 80 tal-Liġi Nru 1501/1993 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (arvonlisäverolaki), għal servizzi ta’ vvjaġġar li jinbiegħu lil persuna oħra għajr il-vjaġġatur, ir-Repubblika tal-Finlandja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Finlandja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li, skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE, is-sistema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar tapplika biss meta s-servizzi ta’ vvjaġġar jinbiegħu lil vjaġġaturi. Ir-Repubblika tal-Finlandja tikser l-imsemmija direttiva billi tapplika wkoll din is-sistema fir-rigward ta’ servizzi li l-aġenziji tal-ivvjaġġar jipprovdu lil xulxin jew jipprovdu lil vjaġġaturi.


(1)  ĠU L 347, p. 1