Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 269/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Förvaltningsrätten i Falun (l-Isvezja) fis-27 ta’ Ġunju 2011 — Widex vs Skatteverket

(Kawża C-319/11)

2011/C 269/55

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Falun.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Widex A/S.

Konvenuta: Skatteverket.

Domandi preliminari

(1)

Kif għandu l-kunċett ta’ “stabbiliment [fiss] li minnu jkunu magħmula transazzjonijiet tan-negozju” jiġi interpretat fil-kuntest ta’ eżami tal-kawża fir-rigward tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni (1)?

(2)

Persuna taxxabbli li għandha s-sede tal-attività ekonomika tagħha fi Stat Membru ieħor u fejn l-attività tagħha tikkonsisti b’mod partikolari fil-manifattura u bejgħ ta’ hearing aids għandha, minħabba l-fatt li teżerċità attività ta’ riċerka fl-awdjoloġija f’dipartiment ta’ riċerka li jinsab fl-Isvezja, tkun ikkunsidrata bħala li kellha, f’dan il-pajjiż, stabbiliment fiss li minnu twettqu t-transazzjonijiet peress li hija akkwistat prodotti u servizzi li ġew irċevuti u użati fl-imsemmi dipartiment li jinsab fl-Isvezja?


(1)  Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1), u l-Artikoli 1 u 2 tat-Tmien Direttiva tal-Kunsill, tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 79).