8.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 298/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-18 ta’ Lulju 2011 — DI. VI. Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C vs Administration des contributions directes
(Kawża C-380/11)
2011/C 298/23
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: DI. VI. Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C
Konvenuta: Administration des contributions directes
Domandi preliminari
L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni, bħal dik irregolata bil-paragrafu 8a tal-Liġi emendata tas-16 ta’ Ottubru 1934 dwar it-taxxa fuq il-kapital, li fl-ewwel paragrafu tagħha, tissuġġetta l-għoti tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital għal kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tibqa’ suġġetta għat-taxxa fuq il-kapital fil-Lussemburgu matul il-ħames snin taxxabbli sussegwenti?