Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

8.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-22 ta’ Lulju 2011 — Société Le Crédit Lyonnais vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l'État

(Kawża C-388/11)

2011/C 298/26

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Le Crédit Lyonnais

Konvenut: Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’État

Domandi preliminari

(1)

Fir-rigward tar-regoli dwar il-kamp territorjali tat-taxxa fuq il-valur miżjud, l-Artikolu 17(2) u (5) u l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977 (1), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, għall-kalkolu tal-pro rata li huma jistabbilixxu, is-sede ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru għandha tieħu inkunsiderazzjoni d-dħul magħmul minn kull waħda mill-fergħat tagħha stabbiliti fi Stat Membru ieħor u, b’mod simetriku, dawn il-fergħat għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni d-dħul kollu li jaqa’ taħt il-kamp tat-taxxa fuq il-valur miżjud magħmul mill-kumpannija?

(2)

L-istess soluzzjoni għandha tiġi applikata għall-fergħat stabbiliti barra mill-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt ta’ tnaqqis previst fl-Artikolu 17(3)(a) u (ċ), fir-rigward tal-operazzjonijiet bankarji u finanzjarji msemmija fl-Artikolu 13B(d)(1) sa (5), li jitwettqu għall-benefiċċju ta’ konsumaturi stabbiliti barra mill-Komunità?

(3)

Tista’ r-risposta għall-ewwel żewġ domandi tvarja minn Stat Membru għall-ieħor, skont l-għażliet miftuħa permezz tal-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 17(5) b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-kostituzzjoni ta’ setturi ta’ attività differenti?

(4)

F’każ ta’ risposta affermattiva għal waħda mill-ewwel żewġ domandi, minn naħa, hemm lok li tiġi limitata l-applikazzjoni ta’ tali pro rata għall-kalkolu tad-drittijiet ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud li kienet imposta fuq l-ispejjeż sostnuti mis-sede għall-benefiċċju ta’ fergħat barranin u, min-naħa l-oħra, id-dħul magħmul barra mill-pajjiż għandu jittieħed inkunsiderazzjoni skont ir-regoli applikabbli fl-Istat tal-fergħa jew skont dawk applikabbli fl-Istat tas-sede?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).