Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Lulju 2011 — Field Fisher Waterhouse LLP vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-392/11)

2011/C 282/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Field Fisher Waterhouse LLP

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs.

Domandi preliminari

(1)

Id-domanda prinċipali f’din il-kawża tirrigwarda l-kwistjoni jekk is-servizzi pprovduti minn kerrejja taħt kuntratt ta’ kiri konkluż mal-lokatarji tagħhom (iktar ’il quddiem, is-“servizzi”), għandhomx jitqiesu bħala element ta’ provvista waħda eżenti ta’ kiri ta’ art, jew minħabba l-fatt li s-servizzi jifformaw oġġettivament provvista ekonomika waħda indiviżibbli flimkien mal-kiri jew minħabba li huma “aċċessorji” tal-kiri, li huwa l-provvista prinċipali (iktar ’il quddiem, il-“provvista prinċipali”). Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, u fid-dawl tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-572/07, Tellmer, kemm huwa rilevanti li s-servizzi jistgħu (iżda fil-fatt ma humiex) jiġu pprovduti minn persuni li ma humiex il-kerrejja, minkejja li taħt il-kundizzjonijiet tal-kuntratti ta’ kiri inkwistjoni, il-lokatarji setgħu biss jirċievu s-servizzi mill-kerrejja?

(2)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk din hijiex provvista waħda, huwa rilevanti li n-nuqqas tal-lokatarju li jħallas is-somma dovuta għas-servizzi jippermetti lill-kerrej mhux biss li jirrifjuta li jipprovdi s-servizzi iżda wkoll li jħassar il-kuntratt ta’ kiri mal-lokatarju?

(3)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 tkun li l-possibbiltà li s-servizzi jiġi pprovduti minn partijiet terzi direttament lil-lokatarju hija rilevanti, din il-possibbiltà hija biss fattur kontributorju sabiex jiġi ddeterminat jekk is-servizzi humiex provvista ekonomika waħda indiviżibbli, b’tali mod li s-separazzjoni tagħhom tkun waħda artifiċjali, jew jekk humiex provvista aċċessorja tal-provvista pinċipali, jew hija fattur determinati? Jekk hija sempliċement fattur kontributorju jew, jekk ma hijiex rilevanti, liema huma l-fatturi l-oħra li huma rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk is-servizzi humiex provvista aċċessorja? B’mod partikolari, kemm huwa rilevanti li s-servizzi jitwettqu fil- jew fir-rigward tal-fond lokatizju li huwa s-suġġett tal-kiri, jew f’partijiet oħra tal-bini?

(4)

Jekk il-possibbiltà li partijiet terzi jipprovdu s-servizzi hija rilevanti, huwa iktar importanti jekk is-servizzi jistgħux bħala kwistjoni legali jiġi pprovduti minn partijiet terzi, anki jekk dan ikun diffiċli fil-prattika sabiex jiġi organizzat jew miftiehem mal-kerrej, jew hija l-possibbiltà prattika jew il-prattika komuni fil-provvista ta’ tali servizzi l-kunsiderazzjoni rilevanti?

(5)

Is-servizzi fil-kawża preżenti jirrappreżentaw sensiela ta’ servizzi pprovduti bil-ħlas ta’ somma waħda dovuta għal dawn is-servizzi bħala korrispettiv. Fil-każ li wħud mis-servizzi (eż. tindif tal-partijiet komuni, provvista ta’ servizzi ta’ sigurtà) ma humiex parti mill-provvista ekonomika waħda indiviżibbli jew għandhom jitqiesu bħala aċċessorji tal-provvista priniċipali, iżda servizzi oħra huma, jista’ jiġi ddeterminat il-korrispettiv totali bejn is-servizzi varji sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-korrispettiv li hija taxxabbli, u dik li ma hijiex? Jew inkella jkun korrett jekk is-sensiela ta’ servizzi pprovduti jitqiesu bħala marbuta flimkien b’tali mod li jifformaw “provvista ekonomika waħda indiviżibbli, b’tali mod li s-separazzjoni tagħhom tkun waħda artifiċjali”, li hija fiha nnifsiha provvista waħda separata mill-kiri tal-proprjetà?