Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

22.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Lulju 2011 — BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH vs Finanzamt Lüdenscheid

(Kawża C-395/11)

2011/C 311/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BLV Wohn- und Gewerbebau GmbH

Konvenut: Finanzamt Lüdenscheid

Domandi preliminari

(1)

Apparti s-servizzi, il-kunċett ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni, kif mifhum fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2004/290/KE (1), jinkludi wkoll il-provvisti ta’ beni?

(2)

Fil-każ li l-awtorizzazzjoni li d-destinatarju tal-operazzjoni jitqies taxxabbli tkopri wkoll il-provvisti:

L-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni jista’ jeżerċita l-awtorizzazzjoni biss b’mod parzjali għal ċerti kategoriji (bħalma huma d-diversi tipi ta’ xogħol ta’ kostruzzjoni) u għall-operazzjonijiet ipprovduti lil ċerti destinatarji?

(3)

Fil-każ li l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi kategoriji: l-Istat Membru huwa suġġett għal restrizzjonijiet meta jistabbilixxi dawn il-kategoriji?

(4)

Fil-każ li l-Istat Membru ma jistax jistabbilixxi kategoriji, b’mod ġenerali (domanda 2) jew minħabba r-restrizzjonijiet li ma jkunx osserva (domanda 3):

(a)

Xi jkunu l-konsegwenzi ġuridiċi tal-istabbiliment illegali ta’ kategoriji?

(b)

L-istabbiliment illegali ta’ kategoriji għandu l-effett li jimpedixxi l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni nazzjonali fl-intier tagħha jew biss għall-benefiċċju ta’ ċerti persuni taxxabbli?


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/290/KE, tat-30 ta’ Marzu 2004, li tawtorizza lill-Ġermanja tapplika miżura li tidderoga mill-Artikolu 21 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU L 94, p. 59).