Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

29.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/10


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2011 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-450/11)

2011/C 319/18

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u L. Lozano Palacios, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi applikat l-iskema speċjali tal-VAT għall-aġenziji tal-ivvjaġġar lis-servizzi tal-ivvjaġġar li jinbigħu lil persuna li ma tkunx il-vjaġġatur, bħal ma huwa previst fid-Digriet-Liġi Nru 221/85, tat-3 ta’ Lulju, ir-Repubblika Portugiża ma wettqitx l-obbligi tagħha taħt l-Artkoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-VAT (1)

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li sa fejn ir-Repubblika Portugiża tapplika l-iskema speċjali għat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-aġenziji tal-ivvjaġġar favur aġenziji tal-ivvjaġġar oħra jew lil persuni oħra suġġetti għall-VAT li ma jkunux il-vjaġġatur, hija ma hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan ir-rigward, ladarba d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT jirrikjedu li l-applikazzjoni tal-iskema speċjali tkun limitata għas-servizzi pprovduti lill-vjaġġaturi.


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)