Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/33


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (ir-Repubblika tal-Polonja) fl-4 ta’ Novembru 2011 — Maria Kozak vs Dyrektorowi Izby Skarbowej w Lublinie

(Kawża C-557/11)

2012/C 25/63

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Kozak

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Lublinie

Domanda preliminara

Meta, fil-kuntest ta’ servizz turistiku ipprovdut lil vjaġġatur inkambju ta’ prezz li jinkludi kollox impost skont l-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), li jistabbilixxu skema partikolari ta’ impożizzjoni tal-VAT għall-aġenziji tal-ivvjaġġar, aġenzija tal-ivvjaġġar tipprovdi lil dan il-vjaġġatur provvista ta’ trasport tagħha stess, li tikkostitwixxi element indispensabbli għat-twettiq tas-servizz turistiku, din il-provvista tagħha stess hija suġġetta għar-rata normali applikabbli għas-servizzi turistiċi jew hija suġġetta għar-rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni applikabbli għas-servizzi ta’ trasport ta’ persuni skont l-Artikolu 98, moqri flimkien mal-ħames punt tal-Anness III ta’ din id-direttiva?


(1)  ĠU L 347 p. 1, kif emendata