Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

3.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 65/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-28 ta’ Novembru 2011 — Grattan plc vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-606/11)

2012/C 65/05

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grattan plc

Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li r-risposta għall-ewwel domanda li għaliha sar riferiment fil-Kawża Littlewoods Retail Limited et (Kawża C-591/10) tkun fin-negattiv:

(1)

Il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni ta’ effettività u/jew ta’ ekwivalenza jimponu li r-rimedji previsti għal meta jkun sar ħlas għoli wisq ta’ VAT bi ksur tad-dritt tal-Unjoni jkunu jikkonsistu f’rimedju uniku kemm għar-rimbors tas-somom prinċipali mħallsa żejda u għall-valur ta’ użu tas-somma mħallsa żejda u/jew tal-interessi?

(2)

Fl-ipoteżi fejn ikunu jeżistu rimedji alternattivi skont il-liġi nazzjonali, il-fatt li dawn ma jkunux imsemmija fid-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw it-tressiq ta’ talbiet għal rimbors tas-somom prinċipali u l-appelli mressqa kontra d-deċiżjonijiet amministrattivi dwar dawn it-talbiet iwassal għal ksur tal-prinċipji ta’ effettività u/jew ta’ ekwivalenza?

(3)

Huwa kontra l-prinċipji ta’ effettività u/jew ta’ ekwivalenza l-fatt li wieħed jobbliga lil min jagħmel it-talba sabiex, fil-kuntest tal-istess proċedura quddiem it-Tax Tribunal, iressaq talba għar-rimbors tas-somom prinċipali u tal-interessi sempliċi u, fi proċedura separata quddiem il-High Court, jirrikorri għall-metodi l-oħra ta’ kumpens meħtieġ bid-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-valur tal-użu tas-somma mħallsa żejda u/jew tal-interessi?