Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

References to this case

Share

Highlight in text

Go

14.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 145/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge (il-Belġju) fis-16 ta’ Frar 2011 — Connoisseur Belgium BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-69/11)

2011/C 145/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Connoisseur Belgium BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Domanda preliminari

L-Artikolu 26 tal-kodiċi tal-VAT jikser l-Artikolu 11 A(1)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1), li issa huwa inkluż fl-Artikolu 73 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, jekk din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-VAT hija dovuta fuq spejjeż jew ammonti li jistgħu kuntrattwalment jiġu allokati lill-kontroparti, li madankollu ma humiex hekk allokati?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.

(2)  ĠU L 34, p. 1.