Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

28.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 25/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Parma (l-Italja) fis-7 ta’ Novembru 2011 — Danilo Debiasi vs Agenzia delle Entrate — Ufficio di Parma

(Kawża C-560/11)

2012/C 25/64

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Parma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Danilo Debiasi

Konvenuta: Agenzia delle Entrate — Ufficio di Parma

Domanda preliminari

Jeżisti kunflitt bejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali u d-dritt Komunitarju, u, b’mod iktar speċifiku, bejn, minn naħa, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 19, u l-Artikolu 19a tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633/72 u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 17(2)(a) tad-Direttiva 388/77/KEE (1), id-dokument COM(2001) 260 finali, tat-23 ta’ Mejju 2001, u d-dokument COM(2000) 348 finali, tas-7 ta’ Ġunju 2000, kif ukoll “trattament mhux ugwali” tas-sistema tal-VAT bejn l-Istati Membri differenti tal-Unjoni Ewropea, peress li huma applikabbli rati differenti tal-VAT għall-istess servizzi sanitarji?


(1)  ĠU L 45, p. 1.