Available languages

Taxonomy tags

Info

References in this case

Share

Highlight in text

Go

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākās tiesas Senāts (ir-Repubblika tal-Latvja) fid-9 ta’ Novembru 2011 — SIA “Forvards V”vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-563/11)

2012/C 13/17

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Latvijas Republikas Augstākās tiesas Senāta Administratīvo lietu departaments

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA Forvards V

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna taxxabbli, li kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet essenzjali kollha għat-tnaqqis tal-VAT imħallsa max-xiri ta’ prodotti, u mingħajr ma jkunu ġew ikkonstatati prattiki abbużivi, tista’ tiġi rrifjutata d-dritt li tagħmel dan it-tnaqqis meta l-parti l-oħra fit-tranżazzjoni, minħabba ċirkustanzi ta’ liġi u ta’ fatt, ma tkunx f’pożizzjoni li tikkunsinna l-prodotti (din il-parti l-oħra hija fittizja jew il-persuna responsabbli tagħha jeskludi l-eżistenza ta’ attività ekonomika jew ta’ transżazzjoni reali, jew ma għandhiex il-mezzi sabiex teżegwixxi dan il-kuntratt)?

(2)

Il-fatt li huwa stabbilit li l-parti l-oħra għat-tranżazzjoni (il-persuna msemmija fil-fattura) hija fittizja (jiġifieri l-għan tal-attività tagħha ma huwiex attività ekonomika) huwa, fih innifsu, ta’ natura li jimmotiva rifjut tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT? F’każ bħal dan, id-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input jista’ jiġi rrifjutat anki jekk ma tiġi kkonstatata l-ebda prattika abbużiva min-naħa tal-persuna li tixtieq issostni dan id-dritt?